Il-karozza, in-nar u l-ilma

Din hija storja fejn l-ilma u n-nar qajmu ġlieda fuq kemm kull wieħed minnhom huwa importanti fil-karozza. In-nar beda jgħid li mingħajru l-karozza ma timxix. L-ilma beda jgħid li mingħajru l-magna ma taħdimx. It-tnejn li huma qalu li kellhom raġun. Ġurnata minnhom sid il-karozza mar ħdejn l-ilma u qallu li huwa sid il-karozza u li mingħajru ma tiġrix. Wara mar ħdejn in-nar u qallu li mingħajru l-karozza ma taħdimx. Sid il-karozza għamel hekk meta ma kinux qed jisimgħu lil xulxin. Wara li qalilhom hekk poġġa biċċa żingu bejniethom u sal-lum il-ġurnata kulħadd baqa' f'postu. Din l-istorja fiha tagħlima li fil-ħajja kulħadd huwa importanti u kulħadd għandu x'joffri lil ta' madwaru.