Summer challenge 3

Dawra sal-Buskett .

Nhar il-Ħadd li għadda mort sal-Buskett ma' ommi u ma' missieri . Mort mixja twila qalb is-siġar għoljin u sbieħ tal-larinġ . Vera ħadt ħafna pjaċir nimxi fin-natura, nisma' l-għasafar ipespsu , friefett ikkuluriti ipoġġu min fjura għall-oħra u ma jonqosx tara xi qanfud min qalb il-ħaxix .

F'daqqa waħda , nara kelb ġej fuqi u tgħidx kemm tela' miegħi jifraħ u jilgħab . Mill-bogħod smajt tisfira qawwija u l-kelb telaq jiġri minnufih . Jien mort niġri warajh biex nara fejn sejjer u nsibu ħdejn xwejjaħ ġo għalqa. Kien bidwi li kien qiegħd jiżra' l-ħaxix u l-patata .

Kienet mixja twila imma sabiħa u interessanti tara n-natura mil-qrib .