Isfida tas-sajf 3

Dawra lejn il-Buskett.

Il-Ħadd li għadda mort il-Buskett ma’ ommi u missieri. Mort mixja twila fost is-siġar tal-larinġ twal u sbieħ. Ħadt gost ħafna nimxi fin-natura, nisma’ l-għasafar ipespsu , friefet ikkuluriti jtiru minn fjura għall-oħra u mhux se tonqos milli tara xi qanfud hiereg fost il-ħaxix.

F'daqqa waħda, nara kelb ġej lejja u tgħidx kemm tela' miegħi, ferħan u jilgħab. Mill-bogħod smajt tisfira qawwija u l-kelb beda jiġri minnufih. Jien grejt warajh biex nara fejn sejjer u sibtu ħdejn xwejjah f’għalqa. Kien bidwi li kien qed iħawwel il-ħaxix u l-patata.

Kienet mixja twila iżda sabiħa u interessanti biex tara n-natura mill-qrib.