🚘🎀It-triq fejn noqgħod🎀🚘

It-triq fejn nitrabba jiena hija It-triq tal-Maddonna tal-Ħniena! Din it-triq hija ġoż-Żejtun u hija triq twila ħafna! Joqgħodu madwar 200 persuna u dejjem ikun hawn il-kwiet. Ġo din it-triq hawn djar antiki u ġodda, ftit ħwienet u knisja waħda. F'din it-triq joqgħodu xi ħbieb speċjali tiegħi li huma Faye, Shione u Luke


Mela darba missieri kien fetaħ il-bieb tal-garaxx u ħaseb li l-kelba kienet ħdejja meta hi ma kinitx miegħi. Mal-ewwel ċans li kellha ħarbet. Meta indunajt li il-bieb tal-garaxx kien miftuħ u l-kelba ħarbet bdejt niġġenen! Ma stajtx insibha u bdejt nibki.


Staqsejna ġar jekk kienx ra l-kelba u kien qal li ma rahiex u ddeċida biex jgħinha nsibuha. L-għada kien ġie ħabbat mal-bieb u f'tebqa t'għajn rajt lil Perla (il-kelba)! Lil-ġar rajtu anġlu u kont se ntir bil-ferħ ! Kemm kont ħadt gost li kont rajt il-kelba f'idejh!


Darba waħda kien inqatgħalna id-dawl lilna biss u ma konniex nafu x'nistgħu nagħmlu. Imma mbagħad ġew il-ġirien u għenuna! Wara xi ftit ħin kien reġa ġie id-dawl. Irrigrazzjajnihom u telqu.


Xi kultant kull qalb trid oħra. Fis-sajf immur għand id-dar ta'sħabi u noqgħodu nilgħabu flimkien. Jien vera nħobbha t-triq tiegħi! Nixtieq li dejjem tibqa kif qiegħda għax vera għandhom qalbhom tajba!