Għażiż Luca ,


Jiena Noelle, u qed niktiblek din l-ittra biex nigħdlek li dan is-sajf iltqajt ma' xi ħadd vera interessanti.


F'gheluq snini, qlajt biljett ghax-xow ta' ''Britain's Got Talent'', u tgħidx kemm

fraħt. Ix-xow sar l-Ingilterra, u kont fis-seba' sema'. Hemmhekk ħadt gost ħafna nara u nċapċap lil kantanti u xi talenti strambi li qatt ma kont rajt bħalhom.

Meta spiċċa x-xow, aħna kellna l-opportunita' li mmorru wara l-kwinti fejn ikun hemm il-kontestanti. Imma f'daqqa waħda rajt lil Simon Cowell!!!


Simon Cowell huwa wieħed mill ġurija ta 'Britain's Got Talent'. Huwa wkoll popolari biex jgħin artisti ġodda jsiru famużi. Mort niġri ħdejh b'biċċa karta f'idi. Hu staqsieni minn fejn jien u iffirmali l-karta. Qalli wkoll biex nibqgħu insegwuhom.


Fl-aħħar ħadna ritratt flimkien. Ma tantx domna ħdejh imma dik il-ġurnata kienet sabiħa ħafna u m'jien se ninsiha qatt!


Dejjem tiegħek,

Noelle Sammut

Das-sajf iltqajt ma' xi ħadd famuż. Ikteb ittra elettronika lil ħabib/a tiegħek dwar din l-esperjenza sabiħa li kellek.