Il-Kamra tas-Sodda tiegħi


Il-kamra tas sodda tiegħi hija kbira u wiesa'. Il-kulur tal-ħitan hu kannella u l-għamara tal-injam.Din il-kamra mhux tiegħi biss imma naqsamha ma' ħija.


Ġo fiha għandna żewġ sodod,mejda tal-injam u siġġu bid-drapp iswed. Fuq din il-mejda għandi televixin tad-ditta Samsung. Għandna ukoll tliet gwardarobbi, waħda għall-ħwejjeġ tiegħi, l-oħra għal kostumi u l-aħħar waħda għal ħwejjeġ ta' ħija. Fil-kamra għandi wkoll kaxxa tal-plastik li hija trasparenti . Ġo din il-kaxxa inżomm il-ġugarelli tiegħi fosthom il-Jenga. Fil-kamra tas-sodda tiegħi għandi gecko. Il-gecko inżommu ġo akwarjum li qiegħed eżatt ħdejn is-sodda tiegħi.


Jien nieħu pjaċir naqsam din il-kamra ma' ħija imma xi darba nixtieq li ikolli kamra għalija biss.