Lapes: Bonġu sinjura Gomma! Kif inti?


Gomma: Bonġu sinjur Lapes! Jien tajba ħafna u int?


Lapes: Jien tajjeb.


Gomma: Jien qed inħoss li Ġina telqitna fil-kexxun.


Lapes: Iva,jien hekk naħseb ukoll.


Gomma: tiftakar kemm kienet tużana!


Lapes: Iva u tgħidx kemm niftakar.


Gomma: Naħseb li ġabet lapes u gomma ġodda.


Lapes: Naħseb li sewwa qed tgħid.


Gomma: Eh, naf xi rridu nagħmlu.


Lapes: X'nagħmlu tgħid?


Gomma: Mhux niktbulha nota.


Lapes: Eh, issa fhimt x'irridu naghmlu.


Gomma: Sur Lapes, aħjar tibda tikteb issa.


Lapes: L-ewwel irridu nsibu biċċa karta.


Gomma: Għandek raġun, imma issa ġġibx skużi għax sibtlek.


Lapes: Ara Sinjura Gomma, qed tipprova ddaħħak!


Gomma: Mela int ma tiħux ċajta.


Lapes: Le, imma

aħjar nibda nikteb.


Gomma: Jekk ikollok

xi żball għidli biex inħassarlek.


Lapes: Iva tajjeb.


Gomma: Kemm qed

inħoss in-nuqqas meta kienet iġġibni sewda faħma.