META INTLIFT


JIena Ġiġi l-qattus u l-ewwel ta' Mejju hija ġurnata li qatt ma ninsiha. Il-familja tiegħi ħarget dakinhar. Jiena ħriġt mid-dar. Mort indur dawra. Jiena u sejjer lura ntlift.

Kienet ser tatini rasi għax intlift u ma stajtx insib id-dar. Żaqqi bdiet tgerger għax kelli il-ġuħ u għalhekk bdejt indur indur biex insib xi ħaga x' niekol. F'daqqa waħda xammejt riħa tfuħ ta' ikel u bqajt nimxi wara dik ir-riħa ta ikel.

F'daqqa waħda nispiċċa fejn id-dar tiegħi u tgħidx kemm fraħt kif nara id-dar. Bdejt innewwaħ biex forsi jisimgħuni l-familja tiegħi u hekk ġara .Kif semgħuni ħargu jiġru u tgħidx kemm ferħu bija u qagħdu jfisduni.