SAFRA MILL-ISBAĦ

It-Tnejn filghodu qomt u ommi u missieri qaluli li ħa nsiefru mal-familja kollha.

F'nofs in-nhar ana tlaqna mid-dar u morna lejn lajruport. Tlajna fuq

l-ajruplan u rajt ħafna nies li ma nafhomx.X'ħin inżilna indunajt li fejn morna kien Spanja u morna noqoghdu ġo lukanda f'Barcelona.


Aħna żorna iktar minn post wiehed u nistgħu ngħidu li kien hemm ħafna x'tara.It-temp kien bnazzi u x-xemx bdiet taqli l-ankri. Jien ħadt miegħi l-pupu ta' Messi għax konna ħa mmorru naraw logh

ba tal-futbal.Waqt li konna mixjin biex immorru nixtru,jien kont ħa naqa u kważi waqajt għaċ-ċajt.Wara li morna nixtru,aħna morna l- lukanda u jien irqad.X'ħin qomt rajt li sar il-ħin biex nitilqu biex naraw il-lobgha tal-futbol.Tghidx kemm ħaffifna biex infittxu naqbdu t-taxi u nilħqu l-lobgha mill-bidu.Ilħaqnieha bl-eżatt.


Kif spiċċat il-loghba morna lura l-lukanda u daqs kemm kont għajjien irqadt mal-ewwel.Nistgħa ngħid li domna nduru postijiet ta' interess fil-Barċelona.Kienet vaganza li m'jien ser ninsa qatt