Is-saħħara

Darba waħda, waqt li kont rieqda raqda twila u fil-fond, ġratli storja li ma titwemminx. F'ħin minnhom, ħassejt lil xi ħadd iqajjimni u kif ftaħt għajnejja indunajt li din kienet saħħara.


Jiena ħadt qatgħa kbira kif rajt lis-saħħara, iżda hi kkalmatni għax qaltli li kienet saħħara twajba. Is-saħħara kompliet tgħidli ''Naf li int tifla tajba u nixtieq nieħdok dawra mad-dinja''. Hi ħarġet l-ixkupa maġika tagħha u qaltli biex nitla' fuqha. Jiena ma ridtx nemmen, iżda tlajt fuq l-ixkupa, ħriġna mit-tieqa u bdejna ntiru fis-sema. Bdejt nara d-djar, karozzi u nies mixjin taħti. Xi waqtiet, bdejna ntiru ġo l-isħab u ħassejna l-bard. Żorna pajjiżi differenti li qatt ma kont rajt qabel. F'ħin minnhom, beda nieżel is-silġ u aktar tard niżlet ix-xita u sirna għasra.


Xħin kienet se tibda titla' x-xemx, is-saħħara ħaditni lura d-dar. Jiena dħalt fis-sodda biex norqod għax kont għajjiena ħafna, iżda kuntenta b'dik l-esperjenza.