Dakinhar li mort is- suq man-nanniet


            Kien it-tlieta filghodu ma kellniex skola allura ddeċidejt li mmur is-suq man-nanniet.  X’ħin wasalna mort ngħajjat lin-nannu biex immoru is-suq.  In-nannu mar joħroġ l-karozza antika imma li tidher għadha ġdida fjamanta.


            Xi t-tmienja waslana s-suq.  Għalkemm kien għadu sbieħ Alla, stajna naraw nies b’idejhom imburġarti b’kull tip t’affarijiet. Kien hemm folol kbar ta’ nies u f’rokna stajt ninnota li qisu t-tfal tal-iskola kienu hemm ġo grupp.  Lili laqtitni statwa t’għasfur ibbalzmat.  Minn dejjem xtaqt wieħed.  Kien hemm ħafna nies jagħjtu.  Stajt ukoll inxomm riħa ta’ ħut li taqsamlek qalbek.  Kien hemm ukoll nies b’karretuni iġorru kaxex kbar bl-imbarazz.


            Ħin minnhom in-nanna innutat bejjiegħ tal-fuħħar u fost l-affarijiet innutat vażun li kien ifakkarha f’żogħżitha.  Hi mill-ewwel ħatfet l-opportunità u xrtatu.  Wara ftit in-nannu waqaf zoptu għax innota martell bħal ma kellu u nkisirlu.  Aħna u ħerġin, in-nanna ltaqgħat m’oħta.  Nista’ ngħid li n-nanniet qishom il-mejda tal-qubbajd. Qabel ma ħriġna b’ħanxra daqsiex għajjat biex jixtrijuli imma kien kollu għalxejn għax laħqu xrtawh. Kelli qalbi maqsuma!!

        

Darb’oħra nsaqsi lill-ġenituri forsi jixtrli l-għasfur. Kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid!