Spettaklu ta' talenti

Tipi ta' sports

Miktub minn Lionel Scicluna

Is-Sibt 23 ta' Mejju 2022

saret attivita' bl-isem ta'

'Spettaklu ta' talenti'. Din

l-attivita' mimlija talenti

ta' l-isports saret fil-

Kumpless Sportiv ta' Ħal

Kirkop. Bdiet fit-tmienja u

nofs ta' filgħodu u damet

sejra sas-sebgħa u nofs ta'

fil-għaxija. Setgħu jattendu

mal-elfejn u ħames mitt

ruħ bħala parteċipanti u

anki viżitaturi.


F'din l-attivita' setgħu

jieħdu sehem tfal u ġenituri

u n-nies li diġa jiprattikaw

xi tip ta' sport. Kien hemm

elf, mitejn u tlieta

parteċipanti b'kollox u dawn

ħadu sehem f'diversi tipi

ta' sport u akrobazija. Fost

dawn it-tipi ta' sports kien

hemm il-basketball, futbol,

tennis, volleyball, handsball

u baseball.


Xi spettaklu ta' barra

minn hawn kien il-'parkur' għax sabiħ u differenti. L-iktar sport li dejjaqni huwa t-

tennis għax sport li ma

laqatniex.


It-tim li rebaħ il-logħba tal-basketball.

Biex tipparteċipa jew tidħol tara din l-attivita' ridt tħallas €15 bħala donazzjoni għal Puttinu Cares. Bħala mistieden speċjali kien hemm il-Lakers u NBA Academy Africa li dawn ta' l-aħħar għamlu l-almu tagħhom biex jerbħu iżda l-Lakers impressjonaw lil kulħadd bir-rebħa. Kien hemm ukoll mistieden il-Primministru ta' Malta li qassam il-medalji lir-rebbieħa.


Xi ħaġa li setgħet tkun organizzata aħjar huwa l-futbol għax kellhom ballun żgħir allura ma setgħux jilgħabu daqshekk tajjeb. Xi ħaġa li m'għandiex tinbidel hija li jinġabru donazzjonijet għal min huwa fil-bżonn u li jiġu mistednin nies famużi minn barra minn Malta għax hekk jiġbdu aktar nies għall-attivita'.