Jien Triq ir-Repubblika


Jien waħda mit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta.Ismi jfakkar ġurnataspeċjali għall-Maltin.Issibli minn kollox u għalhekk popolari ħafnakemm mal-Maltin u kif ukoll mat-turist. Jien Triq ir-Repubblika.


Twila mhux ħażin u nġorr miegħi bini bħal Qorti, Palazz tal-President, Teatru l-Imwaqqa' u l-Parlament.Takuljum inkun fgata bin-nies. Min sejjer għax xogħol, min għandu xi każ il-qorti, min ġie jixtri u min ġie bħala turist jiġbidli xi ritratti. Fi tmiem i-ġimgħa, it-tfal jgħejuni jiġru wara l-ħamiem. B'qalbi sewda ġieli rajt tfal jintilfu ġo-folol tan-nies u jibku bil-biża' li taqbadhom.


Bil-lejl id-dehra tiegħi tinbidel ħafna. Id-dawl jonqos. Ħafna ħwienet ikunu magħluqin. Il-lejl huwa l-ħin li jnaddfuni għas issib min iħammiġni ħafna u jarmibl-addoċċ. Dan huwa l-ħin fejn iżuruni għarajjes ġodda umhux l-ewwel darba li rajthom jagħtu xi bewsa 'l xulxin.


L-isbaħ ġranet tas-sena għalija huma żmien il-Karnival u l-Milied. Inkun imżejjna ħafna bi dwal ikkulurit. Fil-karnival nilqa' karrijiet differenti.Id-dawl tal-Milied jagħmluni kburija wisq!


Jien l-għaxqa ta' kulħadd. Ħallini nadifa u ħu ħsiebi!

abigail 6.2