It-Tlieta 9 ta' Ġunju, 2020













Id-9:00 ta' filgħaxija


Għażiż djarju,


Illum kienet ġurnata speċjali ħafna għalija. Kemm kont ilni nistennieha dil-ġurnata u fl-aħħar waslet!


Ommi qajmitni kmieni u qaltli li hi, n-nanna u jien sejrin il-baħar. Jien fraħt ħafna għax kienet l-ewwel għawma ta' din is-sena.


Meta wasalna fil-bajja ta' San Tumas ma kien hemm ħadd. Nannti ħarġet l-affarijiet mill-basket u aħna nżilna mal-ewwel ngħumu. Wara ftit ħin, in-nanna sabet granċ taħt l-alka.

Jien poġġejt il-granċ ġo barmil bir-ramel u l-ilma. Ftit ħin wara, ommi sabet imħara mqabbda mal-blat. Jien u ommi morna ngħumu fil-fond. Siegħa wara bdew ġejjin in-nies u tlaqna 'l hemm. Pero', qabel tlaqna ergajna ħallejna l-granċ fuq ir-ramel fejn konna sibnieh.

Morna nieklu ġo restorant ħdejn il-baħar. Jien ħadt Nachos. In-nanna u ommi ħadu English Breakfast. Wara li kilna morna dritt id-dar. Inħsilt u mort fis-sodda għax kelli ħafna ngħas wara ġurnata bħal dik!


Dejjem tiegħek,

Jake