JUM ORANĠJO


Sabrina u James iddeċiedew li jmorru l-Buskett biex jippjanaw x'ser jagħmlu għal Jum Oranġjo.


Sabrina: Kemm nieħu pjaċir niġi hawn fil-kwiet u ġon-natura.

James: Mela bħali. Imma jiena nħobb niġi hawn ħalli noqgħod nilgħab bil-

ballun.

Sabrina: Tajjeb imma illum mhux se noqogħdu nilagħbu, illum se nippreparaw xi

ħaga għal Jum Oranġjo

QALU META KIENU QED IFFITXU MEJDA. SABU MEJDA U POĠĠEW BILQEGĦDA.


Sabrina: Mela, l-ewwel irridu naraw fejn ser issir, meta u x'ħin.

James: Kollox sew. Issa tgħid nagħmluha hawn għax nistgħu nilagħbu u nagħmlu

ħafna aktar affarijiet li nieħdu pjacir hawn milli gewwa.

Sabrina: Għandek ragun. Irridu nibdew nippreparaw kmieni biex sas-sitta nkunu lesti

biex tibda is-serata.

James: Tajjeb imma irridu nagħmlu xi ħaga ħalli tattira n-nies. U nistgħu ngħidu n-

nies biex jagħtu xi donazzjoni bħala ħlas. Dawn il-flus imbagħad nagħtuhom

għar-riċerka tal-mard rari. Jien nipprepara ukoll l-bżieżaq, ilma u ħelu.

Sabrina: Nistgħu nagħmlu poster bl-informazzjoni kollha u mimlija kuluri u bil-fjuri

kollha kuluri tal-qawsalla.

James: Jew poster semplici imma xorta li tattira in-nies.

Sabrina: Dejjem li tgħid inti! Forsi nistgħu nagħmlu ftit mit-tnejn.

James: Tajjeb,iva naqbel.


SABRINA QABDET IL-BASKETT U BDIET TQALLEB FIH. JAMES MA QAL XEJN GĦAX KIEN KONFUŻ.


James: X'qed tagħmel?

Sabrina: Qed infittex...il-karti...tal-logħob.

James: Għalfejn?

Sabrina: Halli nurik xi ħaga. SIBTHOM !!!!!!

James: Tajjeb.

Sabrina: Ħares lejn din il-kaxxa. Qed tara kemm hi sabiħa u kkulurita.

James: Allura !

Sabrina: U taf kemm xtrawha nies.

James: Jien naf!

Sabrina: Minkejja li sempliċi xorta tattira lin-nies. Mela il-poster hekk nagħmluh.

James: Kollox sew. Mela nerġgħu niltaqgħu darba oħra biex nippreparaw kollox. Jien nġib

ukoll pinjata, xi logħob u luminata

Sabrina: Tajjeb. Meta ser niltaqgħu?

James: Il-gimgħa d-dieħla. Mmoru l-Gnien tal-Kaptan.

Sabrina: Iva tajjeb. Mela imbagħad nċempillek. Caw! Sellili għal tad-dar.