Il-Ħlejqa

Kienet ġurnata tassew kerha u maltempata tal-iskola. Is-sema kienet mimlijasħab griż. Kien fl-aħħar wasal il-ħin li mmoru d-daru kemm ġrejna 'il barra malli spiċċat l-iskola! Ħriġt barra u mort fil-karrozza t'ommi. Jien smajt tħaxwix ta'ċikkulata imma ma tajtx kas. Ommi saqet lejn id-dar u meta wasalna mort fil-kamra tiegħi biex nibda x-xogħol tad-dar.


Ftaħt il-basket u rajt krejatura bajda,żgira,għajnejha kbar u kienet qisha kelba żgħira.Kienet ratni u jiena ont tħassartha biex inħalliha barra u żammejtha miegħi għall-ġurnata. Kont semmejtha Perlaċċa! Hi kellha riħa ta' ħalib taċ-ċikkulata allura ħsiltha fil-banju imma ma ma marritx ir-riħa. Jiena iddeċidejt li inżomma u ma nħalli lil ħadd jinduna. Aħna minn dik il-ġurnata bdejna nilagħbu ma' xulxin u darba morna c-cinema! Darba waħda morna l-bandli , kien hemm tifel li pprova jaqbadha. Perlaċċa bdiet tirrabja u qabżet fuqi u saret il-kulur tal-flokk tiegħi!


Kemm konna ħadna pjaċir flimkien! Aħna konna l-aqwa ħbieb! Konna nieklu flimkien u nilagħbu flimkien!