Ħa niktbu riċetta - Platt Għaġin Bnin

Ingredjenti:

•200g għaġin

•2 sinniet tewm

• basla żgħira

• zunnarija żgħira

• 300g ikkapuljat

•bott zalza tat - tadam

• ftit żejt

• bżar u melħ

• ftit tursin imqatta’

• ftit ġobon maħkuk

Metodu:

1.

Lesti borma u itfa ‘ ftit ilma ġo fiha u ħalliha talli’ wara itfa ‘ 200g għaġin.

2.

Ġo taġen għamel ftit żejt qatta ‘ 2 sinniet basal , basla żgħira , 2 sinniet tewm ,300g ikkapuljat u qatta’ zunnarija żgħira u ħallihom jinqlew.

3.

Mat - taħlita iftaħ bott zalza tat - tadam u ħawwad.

4.Ġo platt itfa’ l - għaġin u wara itfa’ t - taħlita li tkun għamilt.

5.Wara li tkun għamilt dan itfa’ ftit bżar u melħ u ftit ġobon maħkuk.

6.

Wara qatta’ ftit tursin u poġġieh fuq il - platt l ‘ għaġin u hemmhekk għandek dan il platt tant bnin.