Ġurnalist Jintervista Aljen

Narratur: Ġurnalist ta' gazzetta popolari kellu l-opportunita' li jintervista aljen li ġie jżur il-pjaneta tagħna.


Ġurnalist: Merħba fid-dinja tagħna! Nista' nistaqsik xi ftit mistoqsijiet?


Aljen: Mela, jien għalhekk qigħed hawn.


Ġurnalist: Tajjeb, ħa nibdew. X'jismek?


Aljen: Jien Jisimni RaeBonjata, bil-lingwa tagħkom tfisser "raġġ dawl."


Ġurnalist: Xi ġmiel! Minn liema pjaneta int?


Aljen: Jien minn Boslingham li hi fis-sistema solari ABF. Intom il-bnedmin għadkom ma skoprejtux il-pjanta jew is-sistema solari tagħna.


Ġurnalist: Tista' tiddeskrivi ftit id-dar fejn toqgħod?


Aljen: Iva mela, id-dar tiegħi hija 11,000 kilometru. U, il-kontra ta' tagħkom, hija rasha l-isfel.


Ġurnalist: U kemm għandek żmien?


Aljen: Għandi 28,674 sena. Aħna ngħixu ħafna iktar minnkom. L-ixjeħ aljen li jgħix fuq Boslingham għandu 701,000 sena.


Ġurnalist: Għandek familja jew tgħix waħdek?


Aljen: Iva, għandi familja.


Ġurnalist: Tista tgħidilna ftit fuqhom?


Aljen: Mela le, għandi marti jisimha TatjiBonyuta u aħna għandna mitt tifel u tifla. KIeku ngħidlek x'jisimhom imma ndumu s'għada> L-ikbar wieħed għandu 3,089 u l-iżgħar għandu 508; għadu kif twieled.


Ġurnalist: Għandek xi passatempi?


Aljen: Iva, inhobb nilgħab il-Gwaningbol li huwa futbol tal-aljeni.


Ġurnalist: Iva? Ma' liema tim tilgħab?


Aljen: Nilgħab mal- Bosliventus.