Gallettini bil-Biċċiet taċ-Ċikkulata


Reċipjenti:


Kuċċarina

Dixx

Mikser

Miżien


Ingredjenti:


Kuċċarina ħalib

250g butir

300g zokkor ismar

200g trab taċ-ċikkulata

żewġ bajdiet

500g dqiq

80g biċċiet taċ-ċikkulata


Metodu:


  1. Ħawwad il-butir maz-zokkor.
  2. Żid il-bajd u l-ħalib.
  3. Żid id-dqiq u t-trab taċ-ċikkulata u ħawwad sew bil-mikser.
  4. Fl-aħħar żid il-biċċiet taċ-ċikkulata.
  5. Ġo dixx itfa' it-taħlita ftit ftit bil-kuċċarina.
  6. Sajjar fil-forn 180 grad għal 20 minuta.