Is-Sibt 6 ta' Ġunju, 2020.







It-8 ta' filgħodu.


Matteo jkisser il-ħġieġ.


Għażiż djarju,


X' ġurnata dik! Il-bieraħ kienet ġurnata twila ħafna!


Filgħodu l-mama' kienet qed taħsel l-art waqt li Matteo, Andrea u jien konna qedgħin fil-kamra tas-sodda tagħha. Matteo u Andrea bdew jiżfnu. Wara ftit Matteo laqat l-ixkaffa tal-ħġieġ. Din waqgħet mal-art u nkissret f'biċċiet. Ħadt qata' kbira! Il-papa' tgħidx kemm irrabja u l-mama' inkwetat. Matteo ħa kastig għax ma kienx qed jobdi.








Wara nofs inhar, jien u ħuti qgħadna nilgħabu bil-kwiet bil-karozzi u l-Ipad.


Imbagħad filgħaxija tgħidx kemm ħadna gost. Il-mama' ppreparat ftit snacks u għamilna festin żgħir bla ħsieb. Rajna film sabiħ flimkien. Dam naqra u spiċċajna rqadna aktar tard mis-soltu. :)


Luca Attard