Meta mort piknik

Jumejn ilu rqat għand iz-zija għax l-għada konna se morru piknik. Il-piknik mort maz-zijiet u mal-kuġini. Hekk kif sebaħ il- Ġimgħa, l- ewwel ħaġa li għamilna kienet li lestejna l- affarijiet. Jien mort inġib il - basket tal-piknik liz-zija biex nitfgħu l- affarijiet li kellna. Magħna ħadna t -torta, l - ilma u ftit dulliegħa friska. Il - basket tant kemm kellu affarijiet li kien mimli sa ruħ ommu! Il -kuġin ħa ħsieb il- ballun u l-'bord games'. Abbejna kollox ġol - karozza u tlaqna lejn il - Buskett . X ' ħin wasalna frixna il-liżar u jien u l- kuġini morna niddendlu u nitilgħu fuq is -siġar. Ftit wara waqafna biex nieklu. Wara li kilna lgħabna bil -ballun u bil - 'bord games'. Il-ħin tar, u b'hekk morna lejn id -dar għax beda jidlam. Ħadt ħafna gost u l-iżjed ħaġa li ma ninsiex hija li lgħabna bil - ballun jiena u l-kuġini, kif ukoll maz- zijiet .