Safra mill-isbaħ

Din is-sena sifirt Kreta. Jiena mort mal-familja. Aħna domna biex wasalna għax qbadna żewġ ajruplani. It-temp kien imsaħħab. Fil-bagalja tiegħi ħadt pupu artab forma ta' ġiraffa li nraqqad miegħi kuljum għax dan il-pupu favorit tiegħi. Ħadt ukoll ħwejjeġ, affarijiet biex nagħmel xagħri, imsielet, ktieb u ritratt tal-għasafar tiegħi.


L-ideja li nsiefru kienet ta' missieri. Meta wasalna krejna karozza u soqna lejn il-villa. Waqt il-vaganza żorna ħafna postijiet differenti bħal ilma park, mużewijiet, żu u tempji. Morna wkoll il-baħar, ġo għar naturali, rajna boskijiet u xmajjar u rajna ħafna għasafar.


Ta' kuljum kont inqum ferħana se ntir u nistenna li jasal fil-għaxija biex immur niekol ikel tradizzjonali Grieg.


L-iktar li ħadt gost waqt il-vaganza kienet li rajt ħafna annimali li Malta qatt ma' kont rajthom. Ħaġa li dejj=qitni hi li biex immorru minn post għall-ieħor hemm ħafna bogħod u bdejna ndumu biex naslu. Kieku jkolli nerġa' mmur, immur fuq in-naħa l-oħra tal-gżira u nżur postijiet differenti.