11 ta ' Diċembru , 2020

      Il-Mużew tal-Istorja Naturali.

                                                         pg 58 u 59

Paragrafu 1

Kien il-Ħadd filgħodu meta l-familja ta' Mikiel iddeċidew li jmorru l-Mużew tal-Istorja Naturali. Kien temp xemxi u marru fil-ħdax ta' filgħodu. Il-Mużew qiegħed l-Imdina u huwa Mużew antik ħafna. Kienu fiż-żmien tal-vaganzi tal-Milied.Il-familja ta' Mikiel marru jaraw il-friefet għax ommu u missieru kienu jafu li kien iħobb joserva l-friefet.

Paragrafu 2

Il- familja ta' Mikiel marru ġo kamra ta' kull tip ta' friefet. Kienu qed jaraw esibit ta'friefet umbgħad raw farfett blu li huwa kien l-ikbar wieħed fost il-friefet kolla.

Paragrafu 3

Wara il-familja ta' Mikiel ħarġu imma Mikiel baqgħa hemmhekk. Wara il-farfett tan-nofs reġa' ħa l-ħajja u umbgħad ħareġ min fejn kien. Mikiel staġeb b'li ra. Ommu u missieru marru f'kamra oħra biex jaraw annimali oħra . Il- kaxxa fejn kienu l-friefet kellha qisha toqba fejn tista' tmiss il ġwienaħ tal-friefet. Il- farfett kien dar il-mużew kollu sakemm sab il-bieb ta' barra li joħorġu n-nies minnu. Il- farfett tar barra mill-mużew.

Paragrafu 4

Meta l-ġenituri ta' Mikiel waslu d-dar xegħlu t- televixin biex jisimgħu l-aħbarijiet ta' filgħaxija. Huma inħasdu, għax bdew jisimgħu li kien ħarab il-farfett il-blu li kien l-ikbar farfett. Mikiel kellu jitkellem għax huwa kien ra kollox. Kien jaf x'ġara eżatt!