Darba waħda jien kont ir-razzett tan-nannu tiegħi. Hu kien qalli biex immur inġiblue l-ġebel biex nagħmilhom madwar n-nar. Meta more fil-foresta biex inġibhom ma kontx nista' nemmen x'rajt


Kien hemm ġgant. F'tebqa t'għajn qabadni u ħadni ġo dar ċkejkna fin-nofs tal-forseta. Hu beda jsaqsini fejn noqgħod, kemm għandi żmien u ħafna iktar. Jieb indunajt li hu kien nervuż. Jien saqsejtu għaliex u qalli li meta kien żgħir is-subien kienu jibbuljawh. Minn dik il-ġurnata kien jobodhom.


Jien saqsejtu x'jismu. Hu qalli li jismu Ġorġ. Kien ilu jgħix fil-forseta, waħdu minn meta kien żgħir għax il-ġenituri kienu mietu.


Bdejt nispjegalu li mhux kull tifel huwa kattiv. Meta ħariġni mid-dar ħadni lura fir-razzett tan-nannu tiegħi u beda jgħin fix-xogħol tar-razzett. Jien kont sorpriż ħafna li minn ġgant ħażin ġie ġgant tajjeb.


Minn dik il-ġurnata l-quddiem hu beda joqgħod miegħi u xi kultant jgħinni wkoll. U dan kollu għamiltu mingħajr ħadd ma jinduna. Sissa!


Il-Ġgant