IL-ĦANUT TAL - ILLUŻJONIJIET U L-BUŻULOTTI

Is-Sajf li għadda kont miexja fi sqaq imwarrab fiż-Żejtun. Dlonk ilmaħt ħanut bl-isem 'Maġija Maġija'.


Hu jidher żgħir imma meta tidħol fiħ issib fetħa kbira. Għandu tabella kbira forma ta' qawsalla bl-isem Maġija Maġija lewn id-deheb. Fil-vetrina kien hemm borma kbira sewda u fiha kien hemm ħafna tubi tal-ħġieġ mimlijin biż-żjut u trab ikkulurit li tagħmel il-maġija bihom. Il-vetrina kienet imżejna sabiħa ħafna u tattirani ħafna għax jien iffissata ħafna fuq il-maġija.


Fuq ġewwa ssib kamra kbira kolla xkafef bl-ingredjenti maġiċi, ghodda biex tħawwad u borom ta qisien differenti. Maġija Maġija kellu ħafna affarijiet oħra fosthom karti tal-logħob enormi, muniti li jisparixxu, maskri u likwidu splussiv. Skoprejt dan il-ħanut is-Sajf l-ieħor u meta dħalt go fih ħassejtni qisni saħħara żgħira b'dawk l-affarijiet kolla quddiemi. Jien għoġobni ħafna l-likwidu splussiv għax kellu ħafna kuluri u fwar ħiereġ minnu. Imma l-iktar ħaġa li dejqitni kienet il-kaxxa kbira tal-ħġieġ mimlija brimb kbar.


Fil-futur nerġa' immur żgur ġo dan il-ħanut biex nixtri l-maskri li għoġbuni u għax għandu ħafna affarijiet interessati u fiħ ħafna x'tiskopri.