L-Orsijiet fix-xmara























Darba waħda mort nistad ma' missieri fix-xmara. Kemm ħadt gost meta mill-bogħod ilmaħna żewġ orsijiet jilagħbu flimkien fix-xmara.



L-orsijiet bdew jitfgħu l-ilma lil xulxin u jċafċfu kemm jifilħu. Missieri qalli li dawk kienu għadhom frieħ, għalhekk bdew jieħdu pjaċir jilagħbu. Kellhom wiċċhom għad-dawl daqs kemm kienu ferħanin. Iggustajnihom ħafna!

Staqsejt lil missieri jekk nistgħux nagħtuhom xi ħuta milli konna qbadna. Missieri qalli, "Iva imma rridu nħalluha 'l bogħod għax jistgħu jattakkawna".


Mill-barmil tal-ħut li qbadtna, ħallejnilhom żewg ħutiet fuq blata fil-viċin. Hekk kif tfajna l-ħut, ilmaħna ors kbir ġej jiġri lejna. Missieri qalli biex niġru kemm nifilħu għax dik kienet omm l-orsijiet ġejja għax xammet il-ħut u għax ħasbet li se nweġġgħulha lil uliedha.

Ġrejna qisna berqa, tant li waqalna l-barmil mimli bil-ħut li domna nistadu għalih dak il-ħin kollu.

Meta konna 'l bogħod biżżejjed rajna l-mama' ors bil-kalma kollha tieħu l-ħut minn ġol-barmil u tagħtu lit-tfal tagħha.

Għalhekk jien u missieri spiċċajna morna lura lejn id-dar b'idejna vojta!