Platt Għaġin Bnin


Ingredjenti


  • 200g għaġin
  • 2 sinniet tewm
  • basla żgħira
  • zunnarija żgħira
  • 300g kapuljat
  • bott zalza tat-tadam
  • ftit żejt
  • bżar u melħ
  • ftit tursin imqatta'
  • ftit ġobon maħkuk  













 Metodu :


  1. Qatta' basla żgħira u 2 sinniet tewm.
  2. Aqlihom ġo taġen fi ftit żejt.
  3. Qatta' zunnarija żgħira u żidha fit-taġen.
  4. Itfa' l-ikkapuljat u kompli ħawwad it-taħlita.
  5. Żid ftit bżar u melħ.
  6. Iftaħ bott zalza tat-tadam u ferrxu fit-taġen.
  7. Għatti bl-għatu u baxxi n-nar ħalli tkompli ttektek.
  8. Lesti borma u itfaghha fuq in-nar biex taghli.
  9. Itfa 200g għaġin u sajru skont kemm jgħidlek fuq il-pakkett.
  10. Servi ġo platt u żidlu z-zalza fuqu.
  11. Żid ftit ġobon maħkuk u tursin biex iżżejjen.