L-annimal tiegħi.





L-annimali nħobbhom ħafna għax huma l-ħbieb tiegħi. Id-dar jien inrabbi kelba u jisimha Candy. Hi għandha erba` xhur.


Il-kelba tiegħi ġibtha minn Għawdex. Candy hija kannella u bajda. Għandha għajnejha ħodor u widnejha mitluqin u kbar. Hija kelba kbira u naqra boċċa. Candy hija ferriħija u mqarba.


Il-kelba tiegħi tħobb toqgħod fuq is-sufan. Għalkemm għandha sodda tagħha hi tħobb torqod magħna fuq is-sodda. Candy tħobb tilgħab magħna u bil-ġugarelli li jdoqqu.


Jiena nħobb ħafna lill Candy għax toqgħod tilgħab miegħi.