Il-Ġgant

Sena qabel f'Marzu jiena kont qed naqra ktieb fuq il-ġganti qabel ma norqod.Ftit minuti wara marret għajni biha u rqadt hil-ktieb fuqi. Filgħodu waqt li kont qed niekol il-kollazoni jien u ommi bdejna nitkellmu fuq il-ġganti u ommi qaltli li darba kien hemm ġgant joqgħod ġo raħal u l-bniet kienu jgħidulu li hu kien ikrah allura issa huwa kattiv lejn il bniet. Jiena wara tlaqt l-iskola.


Wara l-iskola ddeċidejt li mmur nimxi għax kien temp sabiħ u bnazzi. Meta kont se mmur id-dar rajt ġgant jibki. Mort nara x'ġaralu u qalli,' Jiena ikrah u qatt mu se jkolli ħbieb!' Jiena sirt ħabiba tiegħu u stedintu biex nilagħbu logħba 'chess'.


Jiena mort l-iskola eċitata biex ngħid lil kullħadd li għandi ħabib li huwa ġgant u kulħadd beda jidħaq minni għax ħasbu li kont qed nivvinta. Jiena ppruvajt nġiegħelhom jemmnuni imma xorta! Ħadd ma emmini!


Jiena kont mort ħdejn il-ġgant nibki u għidtlu kollox li-ġara. Kien qed jidher irrabjat ħafna! Il-Ġgant qalli,'La tibżax! Issa nurihom jien!'


Konna qed nagħmlu il-matematika meta naraw xi ħaġa twil m'ogħla sular u ġie! Kulħadd beża' minnu. Żgur emnuni issa! Wara dik il-ġurnata dejjem mort għandu u sirna l-aqwa ħbieb u konna nilagħbu Ludo meta kont mmur għandu!