Serqa


Il-ġimgħa l-oħra fit-triq taghna seħħet serqa. Kien il-ġimgħa għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħaxija meta jien stenbaħt u qomt biex immur nixrob. Jien u nieżel fil-kċina smajt xi ħsejjes. Ittawwalt mit-tieqa u rajt tliet persuni. Wieħed kien fil-karozza u t-tnejn l-oħra rajthom jiġru b'lieva f'idejhom.Kienu qed jippruvaw jidħlu ġol-ħanut tant popolari tal-ħelu. Irnexxielhom jidħlu fil-ħanut u wara ftit minuti rajthom ħerġin b'idejhom mimlija. Wieħed kellu idu mimlija ħelu u l-ieħor kellu ħafna flus. Fil-pront ġew il-pulizija u ħaduhom magħhom l-għassa.