X'ġurnata dik!



Għażiż djarju


Il-Ħadd wara nofsinhar morna l-baħar mal-familja. Kienet is-sħana u kif wasalna nżilna ngħumu. Kif tlajt mort wara missieri u ħsadtu u bil-qatgħa li ħa tgħidx kif qabeż! Missieri rrabja naqa miegħi mbagħad mort nilgħab ma' ħija u l-kuġini fil-baħar bil-ballun. Kif tlajna morna l-bandli li hemm ħdejn il-baħar, wara ftit jien inżilt niġri ħdejn ommi u bdejt ngħajjat li weġġa' l-kuġin. Ommi u z-zijiet telgħu jiġru l-bandli u x'ħin waslu għidtilhom li kienet ċajta. Il-mama' tgħidx kemm irrabjat u għamlet għalija u wissietni biex praspura oħra bħal din ma nerġax nagħmilha qatt.


Dejjem tieghek,


Jensen

99