Dun Mikiel Xerri


Dun Mikiel Xerri illi huwa patrijott Malti, twieled nhar id-disgħa u għoxrin ta' Settembru tal-elf, seba' mija u tmienja u tletin f' ħaż-Żebbuġ u sfortunatament ħalla din id-dinja fl-aħħar tas-seklu tmintax eżattament fl-elf, seba' mija u disa' u disgħin.


Dak iż-żmien mhux kulħadd kien imur l-iskola iżda l-ġenituri tiegħu għamlu mill-aħjar biex Mikiel jieħu edukazzjoni xierqa. Xerri tant kien intelliġenti illi studja f'diversi universitajiet fl-Ewropa. Huwa mar jistudja l-Filosofija ġewwa l-Italja. Dun Mikiel minn dejjem kien jaħseb f'ħutu l-Maltin u wara li laħaq qassis, fetaħ skola għal tfal li huma fil-bżonn fid-dar tiegħu li kienet ġewwa ħaż-Żebbuġ.


Huwa kompla jistinka fl-istudji tiegħu u meta laħaq Professur fl-Università ta' Malta, telaq minn post twelidu u mar joqgħod ġewwa l-Belt Valletta. Dak iż-żmien huwa għex taħt il-Kavallieri ta' San Ġwann li mal-ewwel ċedew l-armi u għalhekk bdiet il-ħakma Franċiża fuq il-gżejjer Maltin. Biss però l-Franċiżi ma ħakmux bil-għaqal li niesna npiċċaw irvellaw kontra l-ħakkiema u dawn ingħalqu wara s-swar tal-Belt. Il-Maltin tal-Belt xtaqu joħduha kontra l-Franċiżi u hekk għamlu. Dun Mikiel Xerri ftiehem ma' Maltin oħra u attakaw lill-Franċiżi.


B'xorti ħażina nqabdu u kienu arrestati. Flimkien ma' erbgħin Malti ieħor, Dun Mikiel Xerri nstab ħati u ingħatal-mewt. Dan l-eroj Malti ġie maqtul quddiem il-Palazz tal-President, biss però l-mewt tiegħu ma kienx għalxejn għax sena wara, il-Franċiżi ħallew ix-xtut tagħna umiljati bħala telliefa.


B'apprezzament kbir lejn dan l-eroj Malti, il-poplu għamel mafkar ta' Dun Mikiel Xerri u sħabu li jinstab f'Misraħ l-Indipendenza, quddiem il-Berġa t'Aragona, ġewwa l-Belt. Barra minn hekk, ħarġu bolol li fuqhom hemm jidher Dun Mikiel Xerri, ir-raġel li ħadem ħafna biex jara lil Malta f'pożizzjoni aħjar milli kienet.