Spettaklu ta' talenti


abigail magro 6.2




Smajtu fuq l-ispettaklu li sar il-weekend li għadda fl-iskola Primarja B taż-Żejtun? Kien jismu Spettaklu ta' talenti. Xow kbir, ikkulurit, memorabbli u fuq kollox, mimli talenti differenti.


Fl-ispettaklu, li dam erba' sigħat, kien hemm maġija, ġinnastika, logħob bejn it-timijiet bħall-basketball u futbol, kant, żfin, reċtar, tpenġija u anke jugglers li taw spettaklu mill-isbaħ bin-nar. L-istudenti tas-sitt sena kollha ħadu sehem u urew x'kapaċitajiet għandhom.


L-għan tal-ispettaklu kien li jinġabru flus biex l-iskola tibni futbol grawnd biex jitgawda minn kulħadd speċjalment waqt 'sports day'.


Fl-aħħar ittellgħu ukoll xi rigali u medalja lil kulmin ħa sehem. Darb'oħra seta' kien hemm tat-televixin biex l-istudenti juru t-talenti tagħhom quddiem kulħadd.


Nistedinkom tattendu għal dan l-ispettaklu uniku u mimli talenti s-sena d-dieħla. Spettaklu li żgurnse tieħdu gost taraw u fl-istess ħin tgħinu biex nibnu grawnd fl-iskola tagħna.