Djalogu

Narratur: Fil-kexxun tal-iskrivanija ta' Ġina kien hemm ħafna affarijiet.

Fosthom kien hemm lapes u gomma.

Lapes: Bonġu!


Gomma: Bonġu!


Lapes: Kif int?


Gomma: Mhux daqshekk tajba ta...'


Lapes: Mela x' xġara?


Gomma: Għax ma jistax ikun, kont nadifa u bajda u issa sirt sewda!


Lapes: Isma' hi! Jien agħar minnek! Għandi rasi kollha mgerrma!


Gomma: Dak biss? Jiena kont gomma naqra kbira mhux ħazin u issa zgħira daqs tikka!


Lapes: Stenn.. Mela nitix qed tara kemm nidher ikrah?!


Gomma: Le le! Skuzi ta? Hawnhekk ma nistax nitkellem?


Lapes: Jekk inti dejjem tgerger fuq kull ħaga, xi tridni nagħmel?!


Gomma: Insomma, għandek raġun għal darba.


Lapes: X'jiġifieri-, ara ħa noqgħod kwiet.


Gomma: Kemm ilna ma noħorġu barra!


Lapes: Iva, Il-ħin kollu hawn ġew.


Gomma: Ara is- Sinjura Riga! Raqdet raqda!


Lapes: Dik il-ħin kollu tintuza!


Gomma: X'tista' tagħmel! Dlam kullimkien!