Il-Ġgant


Darba fost il-ġimgħa kont mixi lejn l-iskola.

Jien nara ħafna affarijiet strambi imma dik il-ġurnata rajt xiħaġa stramba iktar minn qabel.


F'daqqa waħda inħsadt għax ħarigli ġgant.

Dan il-ġgant kien ikbar minn kastell!

Il-ġgant kellu riħa tinten.

Ħrabt niġri lejn l-iskola u baqa' jiġri warajja.

Jien għidt lill-għalliema u x'ħin għidtilha skantat.


Xħin spiċċat l-iskola jien għaddejt minn triq oħra imma jien ħlejt ħafna ħin.

Wasalt id-dar u ħadt l-ikel u għamilt ix-xogħol tad-dar.

Jien lgħabt logħba virtwali.

Xħin kont se mmur għal-futbol iltqajt miegħu u msarni niżlu f'saqajja.

Huwa qabad jagħajjat miegħi.

Jien ma bżajtx iktar minnu u kull filghaxija kont immur inkellmu.


Jien sirt ħabib miegħu u bdejt inkellmu u qalli li hu kien jiġi bbuljat mis-subien għax kien ikrah u qalli ukoll li kien jwaddbulu l-ġebel u kienu jweġġgħuh ħafna.

Għalhekk kien joqgħod jgħajjat miegħi.


Hu fehem li mhux kulħadd huwa kattiv bhal dawk is-subien.

huwa għannaqni għanqa kbira u qalli grazzi.