L-Ewwel ta' Mejju


SERQA MINN KAROZZA TAL-LINJA

jirraporta Darwyn Zammit


26 ta' Ġunju 2020


Nhar l-Erbgħa li għadda insteraq basket minn fuq tal-linja numru 210. Din kienet ir-rotta li twasslek għal Mater Dei. Ix-xufier qalilna li fil-karozza tal-linja kien hemm madwar 12-il persuna. Il-persuna suspettata qed jaħsbu li huwa persuna ta' nazzjonalità barranija. Dan ir-raġel kien liebes beritta ta' lewn blu u kellu flokk iswed.



Il-mara li nsterqilha l-basket tat ix-xiehda tagħha.

Qaltilna li r-raġel suspettat kien bilqiegħda ħdejha.

Il-basket kien ta' daqs kbir u kellu l-kulur aħmar bl-iswed. Il-puluzija xerdet ir-ritratt tar-raġel suspettat. Il-puluzija qed titlob li kull min għandu xi informazzjoni jgħaddiha b'mod anonimu lill-puluzija.