Il-persuna favorita tiegħi


1.Il-persuna favorita tiegħi hi Rachel Muscat.

2.Rachel Muscat hi ommi.

3.Hi għandha tlieta u erbgħin sena.

4.Hi għandha xagħarha nokkli kannella, twila u tilbes in-nuċċali.

5.Il-karattru tagħha hu sabiħ. Hija mara qalbenija u tħobb tgħin lill-oħrajn.

6.Il-passatempi tagħha huma l-qari u tara xi film interessanti.

7.Hi l-ewwel li tqum u l-aħħar li torqod.

8.Tieħu ħsiebna billi tara li ma jonqosna xejn, tnaddaf, issajjar u tagħmel ix-xiri.

9.Niddejjaq meta tirrabja miegħi, imma naf li jkollha raġun.

10.Nieħu pjaċir meta nqattgħu l-ħin flimkien naraw xi film jew nilagħbu xi logħba.

11.Nammira ħafna fiha li hi tagħmel kollox għalina għax tħobbna ħafna.