Il-magna taż-żmien

Darba mort nixtri għand ħanut u rajt magna speċjali.Tal-ħanut qalli li din hija magna taż-żmien u jien qbadt u xtrajtha bla ħsieb.Kienet bil-buttuni u kienet forma ta' qalb.Jien kelli ħabiba li kien jisimha Kylie u ġiet id-dar tiegħi.Bi żball aħna għafasna l-buttuna tal-passat.


Aħna sibna ruħna fi triq abbandunata u mwarrba.Kienet xemx taqli l-ankri.Aħna lanqas konna nafu x'se naqbdu nagħmlu imma rajna tifla tilgħab iż-żibeġ.Allura lgħabna ma' din it-tifla.Wara kien hemm ġlieda kbira .Jiena u Kylie bdejna nibżgħu.In-nies ta' dik it-triq kienu jitfgħu t-tfal ġo djar abbandunati.Hemm tefgħu lili u lil Kylie.


Jien u Kylie għafasna il-buttuna tal-preżent fuq il-magna u ġejna lura fejn konna d-dar tagħna oriġinarjament.