Zalza Tal-Faqqiegħ Għal Mal-Laħam










Għandek Bżonn:


Basla mdaqqsa mqatta' żgħira



Kartuna żgħira krema friska


200g faqqiegħ



Dada tat-tiġieġa



Dada Oxo



Kuċċarina Bisto Gravy




Metodu:


Ġo borma żgħira aqli l-basla fuq nar baxx sakemm tkun ħa tibda tiħmar.

Żid ftit żgħira ilma u itfa l-faqqiegħ jinqela mal-basla.

Kif tarah li sar,żid il-krema friska u ħawwad bil-mod.

X'ħin taraha ħa taqbad tbaqbaq,itfa' d-dada tat tiġieġa u tal-oxo w oqghod ħawwad spiss biex ma teħilx mal-qiegħ tal-borma.

Kif tara li d-dadi dabu,żid kuċċarina Bisto Gravy u ħawwad għal ħames minuti.

Itfi n-nar,ħalliha toqgħod għal għaxar minuti u tista' sserviha mal-laħam.