Maltempata kbira

Darba waħda ,ġurnata fost l- oħrajn, in- nannu kien mar justad bid- dgħajsa tiegħu biex jaqbad il- lapmuki .It-temp sebaħ bnazzi, iżda mal- ħin l-ajru beda jikrieh.


Il- baħar dar griz u bdiet tqattar ix- xita ,is- sħab beda jiswied u beda jriegħed u jberraq. Il- mewġ beda jogħla u l- beda tiela' fuq l-art. In- nannu ntebaħ x'kien qed jiġri, allura qabbad il- mutur tad-dgħajsa u beda jipprova jidħol lura lejn ix-xatt.

In-nanna u ommi bdew jinkwetaw ħafna għax kien għadu ma ġiex lura. Huma niżlu bl-umbrella u bil- ġakketta tax- xita biex jittawlu. Ommi staqsiet lil sajjied ieħor jekk kienx rah Ġanni qalilha li kien rah fil-bogħod , iżda meta beda jogħla l-mewġ ma rahx iktar. In-nannu u l-mama' bdew jitolbu lil Sant'Anna biex in-nannu Grezzju jiġi lura.


Wara ftit raw lanċa kbira dieħla bil-mod il-mod. Warajha kien hemm id-dgħajsa tan-nannu marbuta bil-ħabel. In-nannu u s-sajjiedda kollha daħlu mxarbin għasra.


In-nanna rringrazzjat lil Alla li kollox għadda b'wiċċ il-ġid. Iżda l-maltemp baqa' jiżdied sa tard billejl.