Darba jien mort safra mal-ħabiba ta' veru Kylie. Kienet mal-familja tiegħi u mal-familja tagħha. Qomt fil-ħamsa ta' filgħodu biex ma nkunux tard. Lestejna kollox fil-bagalja. Ilbisna u tirna biex imorru l-ajruport.


Irkibna l-ajruplan biex joħodna l-Amerika.Domna biex wasalna tmien siġħat. L-idea kienet ta' ommna. Huma bdew jippjanaw din il-ġimgħa kif ser inqattġħuha. L-ewwel m'għamilna kienet li morna nieklu kolazzjon għax kellna ħafna ġuħ. Żorna ħafna postijiet differenti imma l-iktar li ħadt gost kien iż żoo. Dan kellu ħafna tipi ta annimali differenti. Wara żorna xi mużewijiet kbar li hemm ġo l-Amerika. Kollox kien miexi ħarir. Ħassejtni ferħana għax rajt u tgħallimt ħafna affarijiet ġodda li ma kontx naf li jeżistu fl-Amerika.Bdejna nieħdu ħafna gost li l-ħin beda jtir. Jien u Kylie ħadna ħafna gost flimkien u nixtieq li nerġa'jkolli din l-esperjenza sabiħa li nerġa nsiefer mal-ħabiba tiegħi Kylie. Din is-safra ser tibqa' mmarkata f 'moħħi u kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.