Kif qomt sibt ruħi mibdul f'żiemel


Illum se nirrakontalkom x'ġarali l-bieraħ, tridu? Mela poġġu fuq is-sufan.


Il-bieraħ xħin qomt mis-sodda jiena u nimxi smajt il-passi taż-żiemel imma ħsibt li hemm żiemel barra jimxi allura ma tajta kasu. Wara mort biex naħsel wiċċi u snieni u xħin ħarrist ġol-mera rajt li jien kont żiemel.

Bil-qatgħa li ħadt imsarni niżluli f'saqajja u bdejt ninkwieta u tani ħass ħażin. Xħin qomt mort barra u rajt razzett allura dħalt ġo fih.


Kien hemm ħafna żwiemel u għamilt ħafna ħbieb. Aħna morna passiġġata. Kien sar il-ħin u morna lura lejn ir-razzett u morna ġo l-istalla biex norqdu.


wara li qomt sibt lili nnifsi ġo sodda bħala persuna mhux żiemel u ħolma ma kinitx. Dawk iż-żewġ ġranet kienu l-iktar ġranet strambi. U wara mort biex nittawal ġol-mera biex nkun ċert li ma kontx żiemel u vera ma kontx imma ilbieraħ kont jien żiemel imma illum il-familja u l-kuġini żwiemel. Allura kellhom jisimgħu minni x'jagħmlu