Nhar il-Ħadd kont id-dar waħdi u xi ħadd ħabbat fuq il-bieb tad-dar.

Jien mort niftaħ il-bieb.Għidt min hemm ġo qalbi?! Kif ftaht il-bieb rajt mostru!

Kien hemm mostru kbir u ta` kulur blu u vjola.Il-Mostru kellu

denb,qrun u dwiefer kbar.Huwa qalli bonġu u ndunajt li huwa mostru simpatiku!

Il-mostru tfaċċa filgħodu x' ħin il-ġenituri tiegħi marru jixtru l-ħobż u l-ħalib.

Jien ma bżajtx għax ġieli kont rajt il-mostru fil-film Monster Incorporation u

naf li James Sullivan hu mostru tajjeb.B'hekk daħħaltu u morna fil-kamra tas-sodda tiegħi.

Jien ħbejt il-mostru fil-kamra tiegħi biex ħadd ma jarah u tajtu jiekol u jixrob għax kellu l-ġuħ u l-għatx.Sirna ħbieb sewwa u qgħadna nilagħbu sakemm ġew il-ġenituri tiegħi.kemm ħadt gost!

Nixtieq li jerġa' jiġi darb'oħra l-mostru!

3.78cm : 1cm