Ġurnalist jintervista Aljen


Narratur: Aljen ġie fil-pjaneta tagħna għall-intervista.


Ġurnalist: Merħba. Nibdew din l-intervista?


Aljen: Iva! Mela le! Jien għalhekk qieghed hawn.


Ġurnalist: X'jismek?


Aljen: Jien jisimni Spacer118.


Ġurnalist: Minn liema pjaneta inti?


Aljen: Jiena mill-pjaneta Mars.


Ġurnalist: Min jaf kemm hemm sabih! Kif inhi magħmula id-dar tiegħek, u fejn hi?


Aljen: Id-dar tiegħi hija maghmula min-nar u l-gebel u tinsab fin-nofs ta' Mars, fejn l-oħrajn.


Ġurnalist: Kemm għandek zmien?


Aljen: Jien għandi miljun sena. Ngħixu aktar minnkom il-bnedmin għax aħna l-aljeni ma mmutu qatt!.


Ġurnalist: Għandek familja jew toqgħod mal-ġenituri tiegħek?


Aljen: Le, le, noqgħod m'ommi u ma' missieri! Tgħidx kemm nieħu gost maghħom.


Ġurnalist: Anke jien! Għandek xi passatempi li tħobb tagħmel matul il-ħin liberu tieghek?


Aljen: Aħna l-aljeni għandna logħba li kulħadd iħobb...immorru fuq il-vettura spazzjali, u nagħmlu tiġrija sax-xemx.


Ġurnalist: X'inhu l-ikel u x-xorb favorit tiegħek?


Aljen: Aħħ....issa qabbatni l-ġuħ...ġelat bil-brokkoli u ħalib qares.


Ġurnalist: Tmur l-iskola..jew taħdem xi xogħol?


Aljen: Jien għadni zgħir...biex napplika ghal xi xoghol għax trid tkun mitt miljun sena. S'issa qed immur l-iskola.


Ġurnalist: Tajjeb! Togħġbok il-pjaneta Mars u għaliex?


Aljen: Togħgobni ghax hi sabiħa ħafna.