Il- Jum Oranġjo


Sabrina u James iltaqgħu fil-ġnien pubbliku taż-Żejtun biex jorganizzaw l-attivitajiet għal Jum Oranġjo li se jsir fl-24 ta’ Marzu.


Sabrina: James ħabbilt rasek sew fuq x’attivitajiet nistgħu

nagħmlu f’Jum Oranġjo l-iskola?


James: Ħsibt ftit mhux ħażin. Inti x’ġiek ġo rasek li tagħmel?


Sabrina: Jiena xtaqt li nagħmlu posters bi slogans u tpinġijiet kontra

l-ibbuljar u l-vjolenza. X’taħseb int fuq din l-idea?


James: Mhux idea ħażina, imma jien ħsibt li kieku aħjar nordnaw

flokkijiet oranġjo u fuqhom nagħmlu l-islogans u t-tpinġijiet.


Sabrina: Imma dawk jiġu jiswew ħafna flus!


James: Dak hu l-punt! Hekk mill-qliegħ tal-bejgħ tagħhom

niġbru fondi b’risq Dar Bjorn. Mhux idea tajba din ukoll?


Sabrina: Idea tajba kieku, imma jiena xtaqt li l-istudenti jkunu kreattivi u jieħdu sehem f’kompetizzjoni ta’ posters kontra l-vjolenza u l-ibbuljar. Jistgħu wkoll jagħtu donazzjoni meta jidħlu f’din il-kompetizzjoni.


James: Iva, ħsieb tajjeb għax hekk jistgħu jpinġu u jiktbu dak li jaħsbu fuq dawn it-temi. X’taħseb li kieku jintgħażlu l-aħjar posters u jiġu pprintjati fuq flokkijiet oranġjo li mbagħad jinxtraw mingħand l-istudenti?


Sabrina: Tajjeb. Hekk ikunu jistgħu jilbsuhom fl-24 ta’ Marzu. Għalhekk irridu nħaffu għax irridu naħsbu qabel u ż-żmien qed jagħfas ġmielu.


James: Rajt kif sibna kompromess! Issa jmiss li ngħidu lis-surmast u navżaw lill-istudenti. Żgur se togħġobhom l-idea!


Sabrina: Ejja ħa nibdew naħdmu fuq xi slogans li nistgħu nużaw

bħala eżempju għall-istudenti l-oħra! Naħsbu wkoll għall-posters li se nagħmlu madwar l-iskola bħala riklami u l-avviżi li se nqassmu lill-istudenti fil-klassijiet! Ħa nibdew.....


Massimo Parrella 6.1