Intervista













Rosmen: Illum ħa nsiru nafu aktar lis-Sinjur Ġorġ Żammit billi nagħmlulu intervista qasira dwar l-avventura li rnexxielu jagħmel fuq il-muntanja tant magħrufa,Everest.


Rosmen: Nilqgħuk magħna Sur Ġorġ Żammit,ħa nsaqsik ftit mistoqsijiet dwar l-avventura meravilja li rnexxielek tagħmel.Nibdew billi nibda bl-ewwel mistoqsija tiegħi...Meta irnexxielek titla' l-muntanja Everest?

Sur Ġ.Żammit: Irnexxieli nitlagħha Everest fl-20 ta' Jannar 2020.

Rosmen:Użajt xi tip t'għodda jew oġġetti biex tlajt fuq il-muntanja?

Sur Ġ.Żammit: Iva, kelli nuża mannara apposta biex tgħini naqbad mal-blat sew u speċi ta' bastun biex jgħini nserraħ miegħu meta nkun qed ngħejja nimxi.


Rosmen: Kemm ħadt ġranet biex tlajtha l-muntanja?

Sur Ġ.Żammit:Bħala ġranet domt mhux ħażin, għamilt erbgħa w sittin ġurnata biex tlajt sal-quċċata.


Rosmen:Taf tgħidilna kemm hi għolja l-muntanja?

Sur Ġ.Żammit: Il-muntanja fiha għoli ta' 8,848 metru, mhux ċajta!!


Rosmen:L-aħħar mistoqsija għalik Sur Żammit u nagħlqu din l-intervista... Kemm tkun it-temperatura ta' fuq il-muntanja?

Sur.Ġ.Żammit:Hemm fuq it-temperatura vera tkun kiesħa, darba minnhom kienet anke sbatax-il grad Celsius taħt iż-żero (-17).


Rosmen:Nirringrazzjak minn qalbi Ġorġ Żammit talli qsamt

l-esperjenza tiegħek magħna, nixtiequlek il-kumplament tal-ġurnata t-tajba w aktar suċċessi f'ħajtek.