Għażiz Kyle,


Kif inti? Nispera li tinsab tajjeb. Jien qed nikteb din l-ittra biex ngħidlek dwar il-passatemp tiegħi.


Il-passsatemp favorit tiegħi huwa l-għawn. Ilni nittrenja mis-sena 2018. Fil-bidu ma kontx naf fiex jikkonsisiti dan it-taħriġ. Imma illum sar wieħed mill-akbar passatempi tiegħi. Bdejt għax ridt nipprova xi ħaġa ġdida. Għamilt ħafna ħbieb ġodda u anke skoprejt xi talenti ġodda.


Biex immur ngħum irrid nipprepara xi affarijiet. Nieħu miegħi googles, barnuza tal-għawm, flippers u bord. Irrid nkun preparata fizikament għaliex ma nistax niekol sa siegħa qabel. Il-pixxina tkun sħuna u għalhekk ma nħossx bard.


Nibdew billi naqsmu diversi drabi l-pixxina. Il-kowċ tagħna jinsisti li nipprattikaw sew il-mod kif ngħumu. Jekk ma nkunux qed ngħumu sew jgħajtilna u jikkoreġina.


Minkejja li dan hu taħriġ, jien jogħġgoni ħafna u nieħu gost. Fis-Sajf mmur ngħum kuljum fil-baħar. Imma fix-Xitwa mmur darbtejn fil-gimgħa għat-taħriġ. Gieli anke mmur ngħum m'ommi fil-pixxina daqs kemm jogħġobni. Nħobb ukoll nsegwi t-tlielaq minn fuq it-TV


Nixtieq li meta tispiċċa l-Covid jeħduna nagħmlu t-tlielaq ma' għawwiema oħra.



Il-ħabiba tiegħek,


Marya










Ittra lill-ħabiba dwar il-passatemp tiegħi.



Le Becasse

Triq iż-Zejtun

Tarxien

30 ta' Novembru 2020