Maltempata kbira

Fil- ħamsa ta' wara nofsinhar faqqgħet maltempata kbira . Ommi kienet qed issajjar kejk , imma x'ħin semgħet sajjetta nħasdet.


Jien kont qed nibża' għax qatt ma kellna maltempata kbira hawn Malta. Kienet faqqgħet it- tielet sajjetta u din id- darba nqata' d-dawl.Jien qatgħa kbira u anke ommi. Aħna bdejna nibżgħu , allura ddeċidejna li nilagħbu logħba .


Aħna lgħabna lobgħa jisimha Noli. Is- sajjetti baqgħu jfaqqgħu , imma aħna ma tantx ħabbilna rasna.Konna qedgħin nieħdu pjaċir u kien imiss lil ommi tistaħba . F' daqqa waħda smajt lil ommi twerżaq u mort nara x'ġara.


Meta rajt lil ommi staqsejtha x'ġara. Hi qaltli li werżqet għax semegħet sajjetta . Jien infqajt nidħak u anke hi. Wara smajna s-silġ u f'daqqa waħda reġa ġie id- dawl. Din id-darba intfajna fuq is- sufan u rajna film waqt il-maltempata enormi.


Tghidx kemm kien sabiħ il-film , speċjalment waqt dik il- maltempata .Għallinqas kollox għadda b'wiċċ il-ġid . Jekk tiġi maltempata oħra żġur naraw fim ieħor!!!