Tifsira tal-ktieb




Il-ktieb jismu il-Ħrejjef kollha ta' Wied Peprina.



L-awtur u l-illustratur huwa Trevor Zahra.



Il-karattri prinċipali huma: Qrempuċellu, Qanfudinu, Zarmuġiġa, Qrempuċa, in-nanna Kolina, u t-tlett żrinġijiet.


L-aktar karattru favorit tiegħi huwa Qrempuċellu għax dejjem jivvinta xi avventura ġdida.



Dawn il-ħrejjef kollha ta' Wied Peprina huma kollha ħrejjef fejn in-nanna Kolina dejjem lesta biex tgħin lil kulħadd. Meta jkun hemm xi ħadd mill-Wied illi jkollu bżonn xi ħaġa dejjem imur jistaqsi lin-nanna Kolina. Hija dejjem tgħidlu/tgħidilha x'jagħmel/tagħmel u dejjem issib soluzzjoni. L-aktar ħrafa illi għoġbitni jisimha 'Pipa tabakk'. Darba Qrempuċellu kien qiegħed miexi fil-Wied meta f'daqqa wahda sab pipa u xtaq jipprova jpejjipha. Huwa mar jgħid lil ommu meta wasal id-dar u qaltlu illi l-bnedmin biss jistgħu jpejpuha imma bħas-soltu Qrempuċellu għamel ta' rasu.


Filgħodu qam mis-sodda u mar isib il-pipa ta' dak ix-xiħ. Qrempuċellu qal lil sħabu illi ser ipejjipha. Żarmuġiġa xtaqet tagħmel bhalu, imma missierha dejjem kien jgħidilha biex ma tpejjipx. Imma Żarmuġiġa xorta wahda qalet lil Qrempuċellu li ser tpejjipha u bdew ipejpuha. L-għada filgħodu qamu minn ġos-sodda u sabu wiċċhom kollu iswed faħma. Omm Qrempuċellu bdiet taparsi tgħajjat li ser imut imma fil-verita' mhux veru ghax hija kienet għamlitlu bott tal-ġmied fuq wiċċu. Qrempuċellu