Lil: zayn@ilearn.edu.mt


Mingħand: yarik@ilearn.edu.mt


Suġġett: Il-vaganzi tas-sajf


Data: 17 ta' Ġunju 2020


Għażiż Zayn,


Kif inti? Nispera li tinsab tajjeb għax ilna ma niltaqgħu ħabba s-sitwazzjoni tal-covid 19. Issa li kważi waslu l-vaganzi tas-sajf, kif qed taħseb li ser tqatta' dawn il-vaganzi? Jien ser narahom ftit differenti l-aktar għax din is-sena m'għamilniex pjanijiet ta' safar.


Peress li hawn din is-sitwazzjoni għaddejja u ma tantx nistgħu mmorru ngħumu minħabba l-folol tan-nies, ommi xtratilna pool mdaqqas u għamilnieh fil-ġnien. Sirt inqatta' siegħa ħin nilgħab ma' ħija fil-pool.


Int kif qed tgħaddi l-ħin tal-ġurnata? Jien kull filgħodu inqumu nagħmel ix-xogħol tal-iskola u naqra ftit u wara noqgħod nilgħab ma' ħija u ġieli mmur nistad ftit maz-ziju.


Jien nixtieq ħafna li xi darba niltaqgħu ftit għax ilna ma naraw lil xulxin. Waħda minn dawn il-ġranet niftehmu biex tiġi sad-dar tiegħi u noqogħdu ngħumu u ngħaddu siegħa żmien flimkien, jekk dejjem tkun tista'.


Nispera li ma ndumux ma niltaqgħu ħalli ngawdu s-sajf bħal ma konna ngawduh qabel.


Dejjem tiegħek,


Yarik